Malta tikklassifika fl-inqas post li qatt kienet fl-indiċi annwali dwar il-korruzzjoni

Fl-indiċi ta' Trasparency International Malta kklasifikat fil-51 post, l-inqas li qatt kienet

Malta niżlet ħamest postijiet fl-indiċi tal-korruzzjoni li jkunu ppubblikati kull sena minn Transparency International biex sabet postha fil-51 post, lanqas li qatt kienet.

Dan ifisser li minn meta kienet inkluża għall-ewwel darba fl-2004, Malta se tkun niżlet 26 post, hekk kif fl-2004 kienet sabet postha fil-25 post.

Fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, l-aħjar li marru kienu d-Danimarka, il-Fillandja u l-Iżvezja, filwaqt li l-Italja, l-Islovakkja, il-Kroazja, ir-Rumaniia, l-Ungerija, il-Greċja u l-Bulgarija kklasifikaw agħar minn Malta.

Dan l-indiċi jikklassifika total ta' 180 pajjiż u territorji u dan wara stħarriġ li jsir fis-settur pubbliku fost esperti u negozjanti.

L-indiċi juża skala minn 0 għal 100 fejn iż-0 huwa l-aktar korrott u l-100 bil-maqlub. Din is-sena, aktar minn żewġ terzi tal-pajjiżi kklasifikaw taħt il-50, bil-medja globali tkun dik ta' 43.

Il-punteġġ ta' Malta, skont din l-iskala, kif jidher ukoll mir-ritratt, huwa dak ta' 54/100. 

More in Politika