Il-GRTU tgħid li sidien ta' pompi tal-petrol qed ikunu mhedda minħabba l-istrajk

Il-GRTU twissi illi se tipproteġi lill-membri tagħha minn dak li qed issejjaħlu bħala kuntatt mill-kumpanija Enemed, b'theddid...

"Bosta pompi tal-Petrol li issiehbu fil-franchising tal-Enemed irrappurtaw li gew ikkuntatjati minn uffiċjali tal-Enemed biex jaraw dawn hux se jkunu qed jieħdu azzjonijiet mil-lejla u jekk iva, li se jkun hemm riperkussjonijiet fuqhom." Hekk sostniet il-GRTU fi stqarrija ilejla hekk kif bdew azzjonalijiet mill-istess unjin minħabba nuqqas ta' qbil mal-Gvern.
 Il-GRTU kkundannat dan l-ghagir minn kumpanija "li suppost hi ndipendenti u li qiegħda tintuża għal skopijiet ulterjuri."  Il-GRTU kkonfermat li l-kuntratt tal-Enemed ma jistax iwaqqaf l-ebda pompa tal-petrol milli tissalvagwardja l-interessi tagħha u twettaq d-deċiżjonijiet li għandha bżonn għan-negozju tagħha.

Intant l-istqarrija ttemm tgħid li l-GRTU se tkun qieghda tieħu il-passi kollha neċessarji biex tipproteġi l-membri tagħha

More in Politika