Berlusconi jħabbar li se jikkontesta għall-Parlament Ewropew

Berlusoni qal li dan jista' jkun mod kif iwaqqaf il-Gvern Taljan li fi kliemu qed jitmexxa minn persuni bla esperjenza

L-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi u li għadu jmexxi l-partit Forza Italja, ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Berlusconi ħabbar dan f’Sardinja hekk kif beda l-kampanja elettorali tiegħu waqt li spjega li ħa din id-deċiżjoni biex iwaqqaf lill-Gvern li fi kliemu qed jitmexxa minn persuni bla esperjenza u bla kompetenza.

“Bl-għerf tiegħi, bl-esperjenza tiegħi u bil-kapaċità tiegħi li nikkonvinċi naħseb li nista’ nwettaq rwol importanti u ngħin liċ-ċittadini Ewropej li qed nirriskjaw li nitbiegħdu mill-valuri li sawruna,” saħaq l-eks Prim Ministru.

Berlusconi llum għandu 82 sena.

More in Politika