Il-GRTU tippponta s-swaba lejn Joe Mizzi u ma teskludix azzjoni industrijali

Tgħid illi minkejja diskussjonijiet dwar bżonn ta' ristrutturar kbir il-Ministru Mizzi qed "jilgħab għaż-żmien"

Il-Ministru Joe Mizzi
Il-Ministru Joe Mizzi

Il-GRTU dalgħodu nnotat b’dispjaċir in-nuqqas min-naħa tal-Gvern "fejn mhux talli d-diskussjonijiet dwar il-politika tal-pompi tal-petrol li ilhom għaddejjin mill-2014 ma waslu mkien, iżda anke il-gvern mar lura fuq dak li kien diġa’ ġie miftiehem."

Fl-2014 il-GRTU kienet ippreżentat lill-Gvern studju dettaljat li sar minn kumpanija indipendenti li wera l-ħtiġijiet ċari ta’ dawn l-operaturi fi sfond tal-avvanzi kontinwi li jiġu meħtieġa u rikjesti mill-liġijiet tal-ERA u r-REWS, li jinkludi r-ristrutturar kbir li jrid isir sa mhux aktar tard mill-2020.  

"Il-GRTU għamlet bosta laqgħat mall-Ministru Joe Mizzi biex jinstab ftehim sabiex il-Pompi tal-Petrol ikollhom is-sostenn neċessarju biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li qed jintalab minnhom pero l-Ministru Mizzi jidher li qed jilgħab biż-żmien u jmur lura fuq progress li diġa’ kien sar. 
Għadlaqstant il-GRTU ma teskludix li l-Pompi tal-Petrol ser ikunu qed jieħdu azzjonijiet fil-ġranet li gejjin," temmet tgħid l-istqarrija.

More in Politika