Qorti | 'Huwa fl-interess tal-Istat li jkun jaf l-identità ta' min dieħel pajjiżna'

...erbat irġiel jeħlu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li daħlu Malta b'passaporti foloz

Il-Maġistrat Joe Mifsud
Il-Maġistrat Joe Mifsud

Erbat irġiel intbagħtu l-ħabs wara li nstab li wżaw passaporti foloz biex jidħlu f'pajjiżna. L-irġiel ammettew il-ħtija tagħhom quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud

Fis-sentenza tiegħu Mifsud sostna illi l-Qorti ma tistax tagħlaq għajnejha għall-fatt li l-liġijiet tal-immigrazzjoni nkissru u li dan kien qed isir fenomenu rikorrenti.  

"Bir-rispett kollu, mhux aċċettabbli li persuni jkomplu jgħixu f'pajjiżna b'dokumenti foloz. Ikunu qed jippruvaw jidħku bl-awtoritajiet tal-immigrazzjoni Maltin u barranin," sostna l-Maġistrat. 

Huwa qal illi huwa fl-interess tal-istat li jkun jaf l-identità ta' kull min dieħel fil-pajjiż speċjalment f'dan iż-żmien ta' kunflitt, terroriżmu u inkwiet. 

"L-esperjenzi riċenti f'pajjiżi oħrajn, inkluż dawk fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiftħu għajnejn kulħadd għar-riskji serji li l-fenomenu ta' immigranti mingħajr dokument iġib miegħu."

L-irġiel intbagħatu sitt xhur ħabs kull wieħed. 

More in Politika