Dimostrazzjoni mill-kommunità Sudaniża nhar is-sibt li ġej fil-Belt

 Minn tal-inqas 19 il-persuna nqatlu u aktar minn 200 persuna oħra midruba waqt protesti fis-Sudan

Nhar is-sibt li ġej, il-kommunità Sudaniża f'Malta se torganizza dimostrazzjoni fi Pjazza Tritoni  b'appoġġ għall-protesti li attwalment qed issiru fis-Sudan.

Il-protesti bdew minħabba żieda fil-prezz tal-ħobż, fuel u mediċina, inizjalment dawn bdew fi bliet u rħula u wara nfirxu għal Khartoum, il-belt kapitali tas-Sudan

Ilbieraħ kelliem għall-Gvern fis-Sudan ikkonferma li madwar 19-il persuna nqatlu fi konflitti bejn il-pulizija tas-Sudan filwaqt li 219 persuna oħra ġew midruba.

More in Politika