Delia u l-allegazzjonijiet dwar prostituzzjoni f'Londra taħt investigazzjoni - rapporti

Rapporti dalgħodu jgħidu illi l-investigazzjoni dwar 17 Black se tinvolvi l-irbit li kellhom magħha Keith Schembri u Konrad Mizzi

Rapport fuq is-Sunday Times of Malta illum qed jgħid illi l-investigazzjoi kriminali f'17 Black, kuntrarjament għal dak li kien qal il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-fatt se tinvestiga r-rabtitet li l-Ministru Konrad Mizzi u anke Keith Schembri kellhom ma' 17 Black. 

Il-PM Muscat kien qal li l-investigazzjoni kienet biss fuq il-persuna u mhux fuq dawk li huma marbutin magħha. Sorsi mill-Puizija qalu lill-gazzetta illi għalkemm dan huwa minnu, eventwalment se tkun imcestigata r-rabta li 17 Black kellha jew għandha mal-Ministru Konrad Mizzi u ma' Keith Schembri.

17 Black hija kumpanija 'target client' tal-kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.  F'17 Black kienu diġa għaddew $1.6 miljun, mill-Ażerbajġan kif ukoll mill-aġent lokali tal-LNG. Issa kien żvelat li Direttur fil-kumpanija li bniet u qed tmexxi l-Power Station, li tixtri l-gass LNG mill-Ażerbajġan, huwa sid 17 Black. Din il-kumpanija rreġistrata d-Dubaj,  biddlulha isimha meta żvelata Daphne Caruana Galizia. 

Intant l-istess gazzetta qed tgħid illi anke Adrian Delia, l-Kap ta-Oppożizzjoni, jinsab taħt skrutinju bl-allegati rabtiet ma' ċirku ta' prostituzzjoni jkunu investigati. Dawn qed ikunu investigati bħala parti minn investigazzjoni fuq ħasil ta' flus b'rapport tal-FIAU jgħaddi għand il-Pulizija f'Marzu li għadda.

Delia qal lill-gazzetta illi jsibha stramba li għaddejja investigazzjoni fuqu għax lilu ħadd ma għajjatlu jew ikkuntattjah fir-rigward ta' din l-investigazzjoni. 

'Kellek informazzjoni dwari minn Marzu...' -  Delia jirreaġixxi

Intant dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal illi meta jrid il-Kummissarju jista' jinvestigah. Huwa qal illi l-Kummissarju ilu li kellu xi informazzjoni dwaru minn Marzu (ara 'l fuq fl-artiklu) u staqsa allura għalfejn qatt ma sejjaħlu biex jinterrogah. 

Huwa fakkar illi dak iż-żmien kien avukat u mhux politika għalkemm sostna bil-qawwa illi hu qatt m'għamel xejn ħażin u ma ħasel ebda flus u sostna illi l-akbar arma tal-partit li jmexxi hija l-verità. "Imma illum provi li Keith Schembri u Konrad Mizzi ħaslu u għadhom qed jaħslu l-flus għandna " 

More in Politika