Jagħmel sentejn jistupra lit-tfajla li kien jaqsam l-appartament magħha

L-istupru beda f'Ottubru tal-2016 iżda qabel l-akkużat u l-vittma kienu ilhom tliet snin jgħixu flimkien

Raġel inżamm arrestat wara li tressaq akkużat li stupra lit-tfajla li magħha kien qed jaqsam appartament.

Fil-Qorti nstema’, kif ir-raġel għamel sentejn jabbuża mit-tfajla ta’ nazzjonalità Torka.

L-akkużat, Portugiż, qed jiffaċja 17-il akkuża, fosthom li kien qed iżomm lit-tfajla kontra l-volontà tagħha, li kien qed jagħtiha fastidju u anke jsegwi l-passi tagħha.

Jidher li ż-żewġ persuni kienu ilhom tliet snin jgħixu fl-istess appartament sakemm f’Ottubbru tal-2016 l-akkużat allegatament stupra lit-tifla għall-ewwel darba.

Huwa wieġeb mhux ħati iżda d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ordnat biex isem l-akkużat ma jixxandarx.

More in Politika