Il-Partit Demokratiku jħabbar it-tieni kandidat għall-elezzjonijiet tal-PE

Martin Cauchi Inglott, irtirat minn mal-Forzi Armati ta' Malta se jikkontesta għall-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej

Illum il-Partit Demokratiku jħabbar li Martin Cauchi Inglott se jkun it-tieni kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Cauchi Inglott, Logutenent Kurunell irtirat minn mal-Forzi Armati ta’ Malta, u eks diplomatiku, se jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew f’isem il-PD.

Fl-istqarrija Cauchi Inglott qal li, hu kburi li serva lil Malta għal kważi tletin sena u jkun onorat jekk ikompli jservi lil Malta fil-Parlament Ewropew. Hu deċieda li jidħol fil-politika għax irid jaħdem għal Malta aħjar. 

Stqarr li "l-fażi li jmiss fis-servizz tiegħu lejn pajjiżu hu mqanqal mill-impenn ta’ ċittadinanza attiva u billi jirsisti favur governanza tajba, ambjent aħjar, u demokrazija aktar b’saħħitha u dan mingħajr ma jċedi għal kompromessi."

Skontu, "l-uniku partit politiku li joffri dan kollu huwa l-Partit Demokratiku."

Cauchi Inglott tenna li jekk jiġi elett fil-Parlament Ewropew l-għan ewlieni ser jkun l-immigrazzjoni minħabba l-fatt li hu għandu esperjenza diretta f’dan il-qasam sew fuq il-baħar, kif ukoll fi Brussell. Minkejja dan, hu bi ħsiebu jaħdem f’oqsma oħra fl-interess ta’ Malta.

More in Politika