It-Times u Reuters jgħidu li s-sid ta' 17 Black huwa Direttur tal-ElectroGas

....jirrappurtaw illi 17 Black hija tad-Direttur tal-kumpanija li bniet u qed tmexxi l-Power Station. Fenech ma jiċħadx...

Yorgan Fenech, id-Direttur tal-Electrogas
Yorgan Fenech, id-Direttur tal-Electrogas

Rapport bħala parti minn investigazzjoni bejn Reuters u Times of Malta qed jallega li sid il-kumpanija 17 Black, illi kienet klijent tal-kumpaniji miftuħin fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, huwa Yorgen Fenech. 

Fenech huwa d-Direttur tal-Electrogas, il-kumpanija li bniet u qed tmexxi l-Power Station. Huwa wkoll Direttur fil-Kumpanija Tumas Group. 

L-Electrogas tbigħ l-elettriku lill-Enemalta wara li hi tixtri l-LNG mingħand is-Socar, kumpanija tal-Istat Ażeri, li min-naħa tagħha tixtrih bi prezz irħas mingħand kumpanija oħra Shell. Kien hawn li daħlet fin-nofs il-Kumpanija 17 Black, li l-Proġett Daphne kien irrefera għaliha bħala waħda mit-“target clients,” biex tħallas lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Il-pagamenti, allegatament kellhom jidħlu fil-kumpaniji li kienu fetħu u li huma rreġistrati fil-Panama, jiġifieri Hearnville Inc u Tillgate Inc. 

 Jirriżulta, minn rapporti li ħarġu iktar kmieni din is-sena, li investigaturi milll-Aġenzija tal-Gvern Kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) segwew żewġ tranżazzjonijiet, li t-total tagħhom kien ta' $1.4 miljun, liema tranżazzjonijiet għaddew għand 17 Black, minn kumpanija oħra fis-Seychelles u li jisimha, Mayor Trans. 

Skont imejls li rat il-gazzetta Ġermaniża Süddeutsche Zeitung $200,000 oħrajn li ntefgħu f'din il-kumpanija (17 Black), kien irrappurtat illi ġew minn aġent lokali għat-Tanker tal-LNG, jiġifieri minn Orion Engineering. Is-sid ta' din il-kumpanija huwa Mario Pullicino, li huwa l-aġent lokali li qed jissupplixxi l-LNG lill-power station il-ġdida.

Rapport tal-FIAU intbagħat lill-Pulizija sebgħa xhur ilu...

Rapport li sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), investiga proġetti tal-enerġija lli fformaw parti mid-dekasteru tal-Ministru Konrad Mizzi. Sors li tkellem ma' dawk li kienu qed jinvestigaw qal illi dan ir-rapport intbagħat għand l-Economic Crimes Unit tal-Pulizija seba' xhur ilu. Minn dan ir-rapport kellhom jibdew investigazzjonijiet dwar ħasil ta' flus. 

Sors ieħor li tkellem ma' Reuters wera l-korrispondenza illi turi li meta 17 Black infetħet kienet kollha kemm hi tal-istess Yorgen Fenech u li tikkonferma l-attività tal-istess 17 Black f'Dubaj. 

...u bidlulha isimha wkoll. Minn 17 Black għal Wings Development...

Interessanti, kif dan ir-rapport jgħid illi l-kumpanija 17 Black biddlet isimha għal Wings Development bil-bidla fl-isem issir ġimgħat wara li ssemmiet mill-blogg ta' Daphne Caruana Galizia. 

Mitlub jagħti kumment, Fenech ċaħad li qatt kellu x'jaqsam mal-kumpaniji fil-Panama u politiċi esposti politikament, anke jekk huwa fatt li l-kumpanija tiegħu hija 'Target Client' tal-kumnpaniji Hearnville Inc. u Tillgate Inc.

Fenech la jikkonferma u lanqas jiċħad...

Mistoqsi imma. Yorgen Fenech ma ikkonfermax u lanqas ċaħad li 17 Black hija tiegħu. 

X'kienu qalu? 

Keith Schembri: "17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients.

My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally.

I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."

Il-Ministru Konrad Mizzi: Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.

 

More in Politika