'Il-Prim Ministru għandu jkeċċi lil Evarist Bartolo, Clint Camilleri u l-Kummisarju tal-Pulizija'

Jason Azzopardi saħaq li l-Prim Ministru jinsab 'kompromess' u ma jistax jieħu azzjoni għaliex, 'jafu sigrieti dwaru'

Fl-intervent tiegħu fuq NETFM, il-membru parlamentari Jason Azzopardi saħaq li “kieku ngħixu f’pajjiż normali, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ikeċċi lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, Is-Segretarju Parlamentari Clint Camillieri u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.”

Azzopardi kien qiegħed jitkellem fuq il-każ tal-allegat korruzzjoni minn wieħed mill-eks kanvażers tal-Ministru Bartolo, Edward Caruana, b'enfażi partikolari fuq is-sentenza tal-Qorti tat-tnejn li għadda fil-każ separat ta' malafama fil-konfront ta' Giovanni Vella. Fil-Qorti, Vella, nstab mhux ħati li malafama lill-istess Caruana, meta għamel l-allegazzjonijiet ta' tixħim fil-konfront ta' Caruana.

Fis-sentenza tiegħu il-Maġistrat Ian Farrugia kritika, l-fatt li l-Pulizija l-ewwel mxew bl-akkużi ta’ malafama fil-konfront ta’ Vella imbagħad finalment iddeċidew biex jinvestigaw l-allegat korruzzjoni mill-kanvażer tal-Ministru Bartolo. Farrugia, kritika wkoll , l-Ministru Bartolo u l-uffiċjali għoljin tiegħu talli naqqsu milli jirrapportaw l-allegazzjonijiet ta’ korruzjoni mill-ewwel.

Caruana qed ikun akkużat fost oħrajn b’tixħim, abbuż ta’ poter u frodi fiż-żmien li kien uffiċjali fil-Fondazzjoni Għall-Iskejjel t'Għada, bl-għan li jħaffef il-proċess.

"Li kieku aħna pajjiż normali u onest, il-Prim Ministru kien ikeċċi lill-Ministru Bartolo, lil Clint Camillieri li kien jaf ġimgħa qabel il-Ministru b’dawn l-allegazzjonijiet u l-Kummissarju tal-Pulizija li m’għamel xejn, saħaq Azzopardi.

"Imma ovvjament," skont Azzopardi, "Muscat mhux se jieħu passi, dawn jafu l-ħażin fuqu u l-korruzjoni li aġevola fl-aħħar ħames snin, partikularment wara l-każ tal-Panama Papers."

Żied jgħid li skontu, l-Prim Ministru huwa b’xi mod rikattat, għaliex kien impossibbli li ma jieħux passi kontra l-Ministru jew jitlob lill-Pulizija biex jinvestigaw. “Dawn kienu jafu bl-allegazzjonijiet u m’għamlu xejn, dan mhux flixkun whiskey jew kartuna bajd iżda 30,000

Wieħed mill-kuntratturi, Giovanni Vella qed jallega li l-akkużat talab €30,000 biex ikun jista’ jitħallas iżjed malajr għal xogħol li kien għamel fis-sixth form tar-Rabat Għawdex. 

More in Politika