Jitlob apoloġija mingħand l-MGRM u l-Gvern talli tneħħa mill-Facebook ta' X Factor

...jinsisti li l-Gvern u l-MGRM 'poġġew pressjoni fuq ix-xandir tal-Istat biex il-filmat tiegħu jitneħħa'

Matthew Grech
Matthew Grech

Matthew Grech, li kien f'nofs kontroversja fl-aħħar ġimgħatejn minħabba li fuq X Factor stqarr li kien omosesswali u ma baqax, talab lill-Gvern u lill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) biex jagħmlu apoloġija lilu. Hu sostna li kemm il-Gvern kif ukoll l-MGRM "poġġew pressjoni fuq it-televiżjoni tal-istat u neħħew mhux biss l-istorja tiegħi, iżda anke s-solo audition tiegħi." Fil-fatt l-għada li xxandar il-programm il-midja soċjali kienet mimlija kummenti ta' kundanna għal dak li qal Grech u sussegwentement il-filmat tiegħu tneħħa minn fuq il-paġna ta' Facebook. 

Grech, li huwa wkoll membru tal-għaqda reliġjuża River of Love, stqarr illi dak li ġara huwa kontra l-liġi. River of Love mhux l-ewwel darba li spiċċat f'nofs kontroversja propju minħabba l-omossesswalità u anke minħabba akkużi fuq mart il-mexxej tal-għaqda, li allegatament kienet qed tipprattika t-Terapija tal-Konverżjoni. Din it-terpaija, xjentifikament falluta fis-sens li ma ħallietx riżultati, tgħid illi permezz ta' terapija persuna tista' tbiddel in-natura tagħha u tbiddel l-orjentazzjoni sesswali. Din it-terapija saret illegali f'pajjiżna sentejn ilu, biex fil-fatt pajjiżna sar l-ewwel wieħed li għamel din il-prattika kontra l-liġi. . 

F'kummenti li ta lill-ġurnal l-Orizzont huwa sostna li b'dak li qal fil-fatt kien ta' eżempju għal kull nisrani u reġa sostna li l=orjentazzjoni sesswali ma fiha xejn ħażin, imma huma r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess li skont Grech huma "dnub". 

More in Politika