Baġit | Daqshekk taxxa għall-NGOs li ma jdaħħlux aktar minn €10,000

Il-Gvern se jkun qiegħed jippubblika l-istrateġija nazzjonali għall-qasam tal-volontarjat

L-Għaqdiet Volontarji żgħar li d-dħul tagħhom matul is-sena ma jaqbiżx l-€10,000, se jkunu eżentati mit-taxxa.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif dawn l-għaqdiet xorta waħda jridu jkunu rreġistrati u konformi mal-Kummissarju dwar l-Għaqdiet Volontarji.

Apparti minn hekk, il-Gvern se jkun qiegħed jippubblika l-istrateġija nazzjonali għall-qasam tal-volontarjat.

More in Politika