Baġit | Il-Gvern se jħallaslek l-imgħax jekk għandek aktar minn 40 sena u qed tipprova tixtri post

...imma trid tkun l-ewwel proprjetà, trid tkun 'single' u mhux f'pożizzjoni li tieħu self mill-bank

Il-Gvern, kif żvelat ilbieraħ il-gazzetta ILLUM, se jkun qiegħed jagħti għajnuna billi jidħol għal persuni li għandhom aktar minn 40 sena u li qed isibuha ferm diffiċli biex jixtru post, speċjalment għax ma jkunux jistgħu jieħdu self mill-bank. Il-Gvern għalhekk se jkun qed jidħol għal dik il-persuna billi jħallas l-imgħax hu għat-tul ta' snin li l-persuna tkun intrabtet li tħllas is-self. 

Din il-miżura tgħodd għal dawk kollha li jkunu 'single' jew inkella li jkunu sseparaw u ma tgħoddx għal min se jixtri t-tieni prorprjetà tiegħu, jiġifieri tgħodd biss meta tkun se tixtri d-dar primarja tiegħek.  

Persuna tkun tista' tixtri l-parti tal-Gvern f'kwalunkwe żmien f'20 sena. Jekk ma jkollhiex biżżejjed mezzi biex tixtri l-parti li jkun xtara l-gvern, din tibqa' tal-Gvern. F'każ ta' mewt, l-eredi tal-persuna jkunu jistgħu jixtru dik il-parti tal-proprjetà mingħand il-Gvern huma. Jekk ma jkunux jistgħu jagħmlu dan, il-Gvern jixtri l-proprjetà kollha hu u jpoġġiha għal 'housing' soċjali.  

Intant Scicluna fakkar fil-proġetti ta' housing soċjali li qed jagħmel il-Gvern madwar il-pajjiż u ħabbar ukoll li skemi tal-First u Second Time, Buyers, skema dwar proprjetà f'Għawdex kif ukoll skemi dwar propjetà vojta fl-Urban Conservation Areas se jkunu kollha estiżi. 

More in Politika