Baġit | Qed tieħu ħsieb lill-ġenituri anzjani? Issa aktar faċli biex tibbenefika

Daqshekk se jsir test tal-mezzi u l-eżami mediku fuq l-anzjani li għandhom 85 sena jew aktar

Il-Gvern se jkun qed jestendi l-għajnuna mogħtija lil dawk il-persuni, l-aktar ulied, li jibqgħu jieħdu ħsieb lill-ġenituri anzjani li jgħixu fi djarhom.

Matul din is-sena, l-Allowance Miżjuda telgħet għal €140 u l-Allowance għal Carers ltelgħet għal €90.

Iżda, apparti minn hekk, minn Jannar li ġej l-eżenzjoni mit-test tal-mezzi (jiġifieri kemm wieħed jiflaħ finanzjarjament) se tibda tgħodd għaż-żewġ allowances.

Permezz ta’ din il-miżura, anke dawk il-persuni miżżewġa, sal-età tal-pensjoni li jkunu jgħixu taħt l-istess saqaf mal-anzjan jew anzjana, se jkunu eliġibbli għall-Allowance għal Carers.

Apparti minn hekk, mis-sena d-dieħla, mhux se tibqa' ssir evalwazzjoni medika fuq dak l-anzjan jew l-anzjana li jkunu laħqu l-età ta’ 85 sena. Għalhekk, l-allowance se tkun qed titħallas awtomatikament jekk il-carer u l-anzjan jew anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.

 

More in Politika