Baġit | €4.50 żieda kull ġimgħa lill-pensjonanti bil-COLA b'kollox

...jew żieda ta' €234 fis-sena. Se jogħla l-massimu ta' dħul minn pensjonijiet li huwa intaxxat u se jiżdied b'€50 il-bonus lil dawk li lanqas biss għandhom pensjoni minima

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-Gvern se jkun qiegħed jagħti żieda ta' €2.17 lill-pensjonanti kollha, apparti l-ammont li se jingħata kulħadd f'kumpens għall-għoli tal-ħajja, jiġifieri €2.33. 

Dan ifisser illi kull pensjonant se jkun qed jieħu żieda globali ta' €4.50 fil-ġimgħa jew €234 fis-sena. 

Minn din il-miżura se jgawdu 92,000 pensjonant. 

Intant Scicluna ħabbar ukoll li se jgħolli l-massimu ta' dħul minn pensjonijiet li ma jkunx intaxxat għal €13,434, 

Għal dawk li jirċievu l-Pensjoni tas-Servizz; dawn se jibqgħu jieħdu €200 fis-sena. Apparti dan, dawk il-pensjonanti li jirċievu l-Pensjoni tas-Servizz u li għandhom jew se jagħlqu 72 sena, s-sena d-dieħla se jaraw żieda ta' €11 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali. Minn din il-miżura se jgawdu 2,200 pensjonant. 

Se tkompli tingħata l-għotja ta' €300 lil kull pensjonant, li minnha se jgawdu 29,000 anzjan u anzjana. 

U finalment il-Gvern se jerġa jgħolli l-bonus li jingħata li dawk li ma ħallsux biżżejjed bolol biex ikollhom pensjoni minima. Dan il-bonus se jiżdied b'€50. 

 

More in Politika