Żagħżugħ ta' 17-il sena jipprova jsuq fuq pulizija f'Ħal Kirkop

Ftit wara l-Pulizija arrestat liż-żagħżugħ u lit-tfajla li kienet miegħu fil-karozza misruqa

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30pm, waqt ronda fl-inħawi ta’ Ħal Kirkop, il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, innutaw vettura li kienet ġiet irrapportat misruqa iżjed kmieni minn Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida.

Il-Pulizija ppruvaw iwaqqfu din il-vettura, iżda s-sewwieq allegatament ipprova jsuq fuq membru tal-Pulizija, iżda fortunatament ma laqtux u ħarab minn fuq il-post. Minnufih il-Pulizija saqu wara x-xufier u dan ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

Minn investigazzjonijiet prelimari li saru, irriżulta li x-xufier għandu 17-ilsena u huwa residenti Birkirkara. Iż-żagħżugħ kien fil-kumpanija ta’ tfajla, li ħarbet minn Fuq il-post iżda ġiet arrestata ftit tal-ħin wara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika