Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Se jinfetħu proċeduri kriminali kontra l-kuċċier taż-żiemel li miet fit-triq

Il-Ministru jħabbar li diġà beda l-proċess sabiex jiddaħlu regolamenti ġodda dwar l-użu tal-karozzini 

Yendrick Cioffi / 20 t'Awwissu 2018 17:12
Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ppreżenta kwerela lill-Pulizija biex jittieħdu proċeduri kriminali kontra l-kuċċier taż-żiemel li miet nhar it-8 t’Awwissu 2018 fil-Furjana.

Minn eżami xjentifiku li sar fuq iż-żiemel, irriżulta li kien hemm diversi fatturi li waslu biex iż-żiemel iċedi, jaqa' u jmut, fosthom li kien espost għas-sħana u li kien tiela' telgħa wieqfa b'tagħbija li kkawżat temperatura eċċessiva tal-ġisem.

Stqarrija maħruġa mill-Ministru għall-Ambjent, li taħtu jaqa' s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali u l-istess Direttorat, fakkar li fl-Att Dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali hemm imniżżel ċar u tond li :
  • “L-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġiegħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn”, u
  • “kull persuna għandha tieħu dawk il-passi raġonevoli f’kull ċirkostanza sabiex tiżgura li l-ħtiġiet ta’ annimal li hija responsabbli għalih, jew li taqbel li tieħu ħsieb, jintlaħqu hekk kif meħtieġ bi prattiċi tajba sabiex tiġi żgurata s-saħħa u l-benesseri tal-annimal.”


Intant fi stqarrija tħabbar li diġà beda l-proċess sabiex jiddaħlu regolamenti ġodda dwar l-użu tal-karozzini fl-ambitu tal-ħarsien xieraq tal-annimali.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook