Is-social workers jappellaw biex l-interess tat-tarbija fil-ġuf jibqa' jingħata prijorità

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers tappella għar-rispett tal-ħajja fl-istadji kollha tagħha

Il-Knisja f'Malta
Il-Knisja f'Malta

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers qed tħeġġeġ lil kulħadd biex tul id-dibattitu dwar l-emendi proposti fil-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, l-interess tat-tarbija, kemm jekk imwielda u anke jekk le, jibqa’ jingħata l-prijorità.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni wriet solidarjetà ma’ dawk il-ġenituri li kellhom jieħdu jew qed jieħdu deċiżjonijiet diffiċli f’dawn ir-rigward.

Tkompli tisħaq li s-soċjetà Maltija tibqa’ tirrispetta l-ħajja fl-istadji kollha tagħha u anke tipprovdi s-servizzi kollha neċċessarji biex dan ikun assigurat.

Ħeġġet ukoll biex ikun hawn aċċess inklussiv għal servizzi ta’ appoġġ kemm għat-tfal u anke għall-ġenituri prospettivi u oħrajn li qed irabbu l-ulied.

Ilbieraħ mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta jsemmgħu leħinhom kontra l-emendi mressqa mill-Gvern.

More in Politika