Ma fhimtx x'ġara? U t-tanker x'għandu x'jaqsam? Aqra hawn

17 Black, Tillgate u Hearnville u t-tanker tal-LNG pass pass

Il-Proġett Daphne llum ippubblika t-tieni storja tiegħu. Wara li lbieraħ l-attenzjoni kienet fuq il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona  u l-bar fis-Siġġiewi, illum il-paġna daret fuq iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

Fil-qalba tar-rapporti tal-lum hemm il-kumpanija 17 Black. Aqra hawn x'qed jingħad:

  • F’Diċembru tal-2015 – Nexia BT tipprova tiftaħ kontijiet bankarji fil-Bahamas għal Tillgate u Hearnville
  • Caruana Galizia tiżvela li Tillgate u Hearnville huma kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri
  • Imejl mibgħuta minn Carl Cini tgħid li dawn il-kumpaniji se jiġġeneraw $2 miljun f’sena
  • Minn fejn kellhom jaslu l-flus?
    • Mingħand il-kumpaniji 17 Black u Macbridge
  • Ftit xhur qabel, 17 Black irċeviet $1.6 miljun
  • Mingħand min?
    • $200,000 mingħand l-aġent lokali tat-tanker tal-LNG
    • €1.4 miljun mingħand il-kumpanija Mayor Trans li s-sid tagħha hu mill-Ażerbajġan
  • Fi Frar tal-2016 - jiefqu t-tentattivi biex jinfetħu l-kontijiet – Daphne ssemmi għall-ewwel darba l-kumpaniji

Aktar tard Keith Schembri joħroġ stqarrija u fiha jikteb hekk:

"17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients.

My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally.

I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."

Dan ifissier li Keith Schembri qed jirrikonoxxi li kien jaf bl-eżistenza ta' 17 Black.

Konrad Mizzi jiċħad ukoll

Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.

Konsorzju ta' 18-il kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, La Monde, La Repubblika, in-New York Times u The Guardian, ingħaqdu fi Proġett Daphne, bil-għan li jkompli dak li bdiet il-ġurnalista Daphne Carauana Galizia.

Galizia nqatlet b'bomba f'karozza fis-16 ta' Ottubru li għadda.

More in Politika