‘It-theddid tal-Bank Pilatus fuq il-ġurnalisti huwa eżempju ċar ta’ abbuż’ - EPP

Grupp ta’ MEP’s fosthom David Casa u Anna Gomes jżidu l-pressjoni fuq il-Bank Pilatus

 

Grupp ta’ MEP’s minn partiti differenti fosthom David Casa (EPP) u Anna Gones (S&D) qed jkomplu jżidu l-pressjoni sabiex tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tisalvagwardja lill-ġurnalisti kontra l-użu tal-ISLAPP.  Fi stqarrija l-MEP’s iddeskrivew  it-theddid tal-Bank Pilatus fuq il-ġurnalisti bħala eżempju ċar ta’ dan l-abbuż.

L-MPE Nazzjonalista u Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa
L-MPE Nazzjonalista u Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa

“Reċentement, il-Bank Pilatus kien fetaħ kawża ta’ SLAPP fuq il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-Istati Uniti. Rapporti juru li l-Bank kien qed iffittex danni li jammontaw għall-40 miljun Dollaru Amerikan. Dan huwa eżempju ċar ta’ miżuri abbużivi kontra l-ġurnalisti. La Daphne Caruana Galizia u lanqas il-Pilatus Bank ma kellhom l-ebda ġurisdizzjoni fl-Istati Uniti. Il-kawża infetħet hemmhekk bl-intenzjoni li tkisser finanzjarjament lill-ġurnalisti," saħqu l-MEP's

L-MEP Ana Gomes
L-MEP Ana Gomes

Apparti minn hekk l-MEP’s qalu li dawn il-miżuri legali qed issiru wkoll f’pajjiżi oħra fl-Ewropa bħal l-Ingilterra fejn hawn il-Kumpanija Appleby li fil-passat reċenti kienet assoċjata mal-investigazzjoni tal-Paradise Papers Qeda thedded lill-The Guardian u saħansitra anke lill-BBC.

 

More in Politika