Kunsillier Laburist jitlob biex il-Monument tal-Assedju l-Kbir ikun 'imnaddaf'

....jinsisti li dan il-monument mhux qabar personali imma wieħed nazzjonali...is-CSN fil-proċess li japplika biex isir monument lil Caruana Galizia

Il-Kunsiller Laburist tal-Belt Valletta Ray Azzopardi ressaq mozzjoni biex fi kliemu, il-Monument tal-Assedju l-Kbir "ikun imnaddaf" mill-fjuri u x-xemgħat li tħallew biex ifakkru l-memorja ta' Daphne Caruana Galizia. 

Azzopardi għamel din il-mozzjoni pubblika tard ilbieraħ fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu. 

Il-Mozzjoni ta' Azzopardi tgħid hekk: "Minħabba li quddiem u fuq il-monument ta' l-Assedju il-Kbir u allura quddiem il-Qorti ta' Malta qed isir abbuż mill-istess monument, minhabba li twaħħlu karti u ritratti illegalment, nitlob lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex b’effett immedjat jieħu pożizzjoni u azzjoni u jnaddaf dak li hemm imwaħħal mal-istess monument."
"Infakkar li dak il-monument huwa monument nazzjonali u mhux qabar personali u li qiegħed hemm biex jagħti ġieh lil dawk li tqabdu waqt l-assedju il-kbir għal poplu Malti kollu."

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili (CSN) ma  jaqbilx u qed jopponi din il-mozzjoni u kif qed tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. 

"Il-mafkar twaqqaf min-nies għan-nies u qiegħed hemm biex iffakkar lill-pubbliku dwar l-assassinju brutali tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.  In-Netwerk qiegħed fil-proċess li japplika formalment biex jitwaqqaf monument għal Caruana Galizia f'din il-pjazza biex b'hekk insellmu l-memorja tal-ġurnalista, infakkru xogħolha u dan ikun simbolu li għadna qegħdin nistennew ġustizzja."

More in Politika