In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili tagħti appoġġ lil David Casa

....jallega illi ċerti istituzzjonijiet iktar saru qegħdin hemm biex jipproteġu lill-Gvern milli lil poplu

In-Netwerk tas-Socjetà Ċivili wera' l-apprezzament u l-appoġġ tiegħu għal dak li ddeskriva bħala "impenn tal-Ewroparlamentari Malti David Casa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus."

Fi stqarrija sostna illi filwaqt li jinnota li huwa "evidenti li f’pajjiżna teżisti strateġija li permezz tagħha persuni li jitfgħu dawl fuq reati kriminali jiġu sistematikament attakkati, in-Netwerk jappella lill-politiċi ta’ rieda tajba u lill-pubbliku b’mod ġenerali sabiex isaħħu l-impenn tagħhom favur il-ġlieda kontra l-kriminalità u l-abbuż ta’ poter."

Fi stqarrija n-Netwerk jirrimarka li istituzzjonijiet ewlenin f’pajjiżna mhux qegħdin jagħtu lill-pajjiż ir-riżultati mixtieqa fil-ġlieda kontra reati finanzjarji u li hawn impressjoni ġenerali li "donnu li l-prijorita’ ta’ wħud minnhom hi li jiddefendu lill-gvern iktar milli li jiġġieldu l-abbuż ta’ poter. Dan kollu, fil-fehma tan-Netwerk, qiegħed jagħti daqqa ta’ ħarta oħra lill-possibilità li f’pajjiżna jkollna sistema ta’ ġustizzja li taħdem mingħajr ma tħares lejn uċuh u kultura ta’ governanza tajba."

More in Politika