Rapport jissuġġerixxi li Malta tkun inkluża fil-'Lista s-Sewda' tal-UE

Il-ġimgħa d-dieħla l-UE se tippublika l-ewwel blacklist tagħha - l-Oxfam tissuġerixxi li ma' Malta jingħaqdu mill-inqas tliett pajjiżi oħrajn

Malta għandha tkun fil-Lista s-sewda Ewropea, skont Oxfam
Malta għandha tkun fil-Lista s-sewda Ewropea, skont Oxfam

Rapport tal-Oxford Commitee for Famine Relief (OXFAM) li hija magħmula minn diversi għaqdiet non governattivi, qed jissuġġerixxi illi Malta tkun inkluża fil-lista s-sewda Ewropea li mistennija tkun ippublikata l-ġimgħa d-dieħla. Ir-rapport tal-OXFAM 'Blacklist or Whitewash?', tgħid illi l-lista li qed tippreżenta hi fiha l-ismijiet tal-pajjiżi kollha li għandhom ikunu meqjusin bħala 'tax haven', "jekk l-Unjoni Ewropea trid li l-istess lista s-sewda tkun oġġettiva, effettiva u kredibbli." Pajjiż li huwa tax haven huwa wieħed li hu meqjus bħala wieħed illi joffri sistemi ta' taxxa vantaġġjużi ħafna li tħajjar kumpaniji joperaw jew ikollhom kumpanija li tixtri jew tbiegħ ishma f'dak il-pajjiż u allura jħallsu r-rata ta' taxxa ta' dak l-istess pajjiż. 

Flimkien ma' Malta Oxfam qed tipproponi li fil-lista jkun hemm tliett stati membri oħrajn, jiġifieri l-Olanda, l-Irlanda u l-Lussemburgu. 

Oxfam tgħid fl-istess rapport li l-UE jeħtieġ tagħmel ħafna iktar biex tiġġieled 'tax havens' "li għandhom taxxi għal korporazzjoniet li huma żero jew qrib iż-żero. Tista' tagħmel ħafna iktar ukoll biex tiġġieled il-ħafna toqob li hemm fil-liġi li jippermettu korporazzjonijiet ma jħallsux taxxa li suppost iħallsu." 

Ir-rapport jispjega kif Oxfam waslet għall-konklużjoni tal-lista tagħha billi tat ħarsa lejn l-aħħar dokumenti tal-OECD rigward l-iskambju ta' informazzjoni, tat ħarsa lejn it-tassazzjoni ġusta u l-eżistenza ta' sistemi potenzjalment perikolużi, kif ukoll l-eżistenza ta' rati ta' taxxi li huma 0%. Oxfam tat ħarsa wkoll lejn il-profitti ta' pajjiż metra mqabbel mat-tkabbir ekonomiku reali u kemm pajjiż huwa kommess lejn standards minimi.

Intant lilhinn mill-UE, Oxfam qed tissuġġerixxi wkoll li fil-lista s-sewda jkunu inklużi diversi pajjiżi oħrajn. Fost dawn l-Bahamas, British Virgin Islands, Hong Kong, Jersey, Oman, l-Iżvizzera, l-Emirati Għarab Magħquda, Bermuda u Bahrain. 

Il-Panama mhux inkluża fil-lista.

More in Politika