Imut is-Sindku taż-Żejtun Joe Attard

Huwa kien ilu aktar minn 20 sena sindku ta’ din il-lokalità sa’ mill-1996. 

Tħabbret il-mewt tas-Sindku taż-Żejtun Joe Attard.

Huwa kien ilu aktar minn 20 sena sindku ta’ din il-lokalità sa’ mill-1996.

Kien ġie elett ukoll Kunsillier tal-ewwel Kunsill taż-Żejtun fl-1994.

Joe Attard kien ukoll President taż-Żejtun Band Club.

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li Joe Attard mexxa l-Kunsill Lokali taż-Żejtun b’ambizzjoni, tant li l-poplu baqa’ jeleġġih f’din il-kariga.

Iddeskriva lil Attard bħala eżempju mill-isbaħ ta’ persuna li ma tieqaf qatt taħdem favur il-komunità li tgħix fiha.

More in Politika