MEPs ġejjin Malta biex jiddiskutu l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Kien il-President tal-Liberali u Demokratiċi fl-Ewropa Guy Verhofstaft li żvela dan fuq Twitter 

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew ġejja Malta biex tinvestiga s-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

Kien il-President tal-Liberali u Demokratiċi fl-Ewropa Guy Verhofstaft li żvela dan fuq Twitter

Għalkemm il-ġranet ta’ din iż-żjara għadhom qed jiġi stabbiliti, l-ILLUM hija infurmata li din id-delegazzjoni se tkun qed tinkludi membri mill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, is-Soċjalisti u Demokratiċi, Liberali kif ukoll mill-Ħodor.

L-MEP Sven Giegold, li huwa membri tal-Kumitat PANA fuq Twitter qal li diskussjoni fuq l-istess temi se ssir fit-13 ta’ Novembru li ġej fil-Parlament Ewropew.

Il-Kumitat PANA kien kritiku ferm tal-mod kif pajjiżi fosthom Malta spiċċaw fil-Panama Papers.

Giegold kien ukoll fost l-ewwel MEPs li talbu li ssir investigazzjoni internazzjonali fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

More in Politika