Il-Kummissarju: 'Se nagħmlu minn kollox biex nsolvu dan il-każ'

Tliett'ijiem wara li seħħ il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-Kummissarju jitkellem mal-media...jgħid li l-ġbir ta' provi jaf jieħu ġimgħat

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar
Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar wiegħed li l-Korp tal-Pulizija se jkun qed jagħmel minn kollox biex isolvi l-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Huwa qal dan f'konferenza tal-aħbarijiet, tliett'ijiem wara l-qtil tal-istess ġurnalista. Il-Kummissarju tal-Pulizija qal illi l-Korp dam daqstant biex ikun jista' jagħti iktar informazzjoni tas-sitwazzjoni. Minkejja dan il-Pulizija ftit li xejn taw informazzjoni, oltrè minn dak li huwa diġa magħruf. Il-Kummissarju fakkar illi l-Pulizija ma tistax tagħti wisq informazzjoni dwar il-każ, hekk kif bħalissa għaddejja l-ġbir tal-evidenza. 

Il-Kummissarju Cutajar sostna li l-kollezzjoni tal-evidenza għad fadlilha ħafna u tista' tieħu ġimgħat. Għall-mistoqsijiet dwar jekk iħossx li għandu jirreżenja Cutajar sostna biss li hu qed jiffoka fuq il-każ ta' Caruana Galizia. 

More in Politika