It-tmien Deputati li ma marrux iċapċpu wara l-Kap il-ġdid

Minn kmieni l-Erbgħa filgħodu dan is-sit kien infurmat li numru ta' Deputati Nazzjonalisti ma setgħux jew ma kellhom ebda intenzjoni li jmorru iċapċpu wara Delia...

Delia; Min mar jappoġġjah, min ma setax imur u min żamm il-bogħod
Delia; Min mar jappoġġjah, min ma setax imur u min żamm il-bogħod

Minkejja li llbieraħ kien jimmarka l-ewwel diskors u allura l-ewwel appuntament ta' Adrian Delia fil-pubbliku, mument storiku għalih u għall-PN, tmien Deputati Parlamentari Nazzjonalisti ma dehrux mal-kollegi tagħhom iċapċpu wara Delia. Dan minkejja li sa filgħodu, skont informazzjoni li għandu dan is-sit, id-Deputati kollha ikkonfermaw li se jkunu preżenti mal-Grupp Parlamentari wara Delia. 

Dan is-sit kien infurmat minn nhar il-Erbgħa filgħodu illi numru ta' Deputati jew ma setgħux jew inkella saħansitra ma riedux jattendu jew jidhru fuq il-palk mal-Kap tal-PN il-ġdid. 

Fost dawk li mid-dehra ma kienu entużjasti xejn li jidhru jappoġġjaw lil Delia warajh kien hemm Karol Aquilina, Marthese Portelli, Jason Azzopardi u Therese Comidini Cachia li ma dehrux fuq il-palk, għalkemm din tal-aħħar intlemħet fost il-folla. Dalgħodu l-illum.com.mt prova jagħmel kuntatt ma' Aquilina, Azzopardi u Comodini Cachia, iżda ma rnexxilux. 

Ivan Bartolo, li  rreżista talbiet biex iċedi s-siġġu, ukoll ma kienx preżenti.  F'kuntatt ma' dan is-sit Bartolo qal li 'suppost' kellu jattendi, imma kien għadu naqra ma jiflaħx. Hu ċaħad li kellu xi problemi ma' Delia, għalkemm ma ċedilux is-siġġu. Ma dehrx lanqas Frederick Azzopardi, li qed jissemma bħala d-Deputat li se jkun qed iċedi s-siġġu għal Delia. 

Ma' dawn jingħaqad l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil, li għalkemm huwa Deputat xorta ma' kienx wara Delia, mal-Grupp Parlamentari. 

Intant Karl Gouder ma kienx preżenti anqas, għalkemm jirriżulta li jinsab imsiefer. 

 

More in Politika