'Il-Labour mhux il-kurja se jkisser issa, imma l-valuri tal-Maltin'

  • Delia jagħmel aċċenn favur il-ħarsien tal-valuri u jakkuża lill-PL illi qed ikissirhom
  • 'Aħna l-partit tal-Patria, ta' Kattoliċi u ta' Latini'

Delia jindirizza l-folla ta' Nazzjonalisti | Ritratt James Bianchi
Delia jindirizza l-folla ta' Nazzjonalisti | Ritratt James Bianchi

Il-Kap tal-PN Adrian Delia meta kien qed jitkellem waqt mass meeting li kkomemora l-Indipendenza sostna li l-PN "dejjem hemm biex inkunu fin-naħa t-tajba tal-istorja. Aħna l-partit tal-Patria, ta' Kattoliċi u ta' Latini," sostna Delia. Fakkar fil-kisbiet tal-PN, fosthom id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-Indipendenza qabel. 

"Irid jispiċċa ż-żmien li f'dan il-pajjiż ikollna l-mibgħeda," kompla jgħid Delia hekk kif fakkar fil-bżonn illi l-pajjiż jibqa' magħqud, għax huwa żgħir wisq biex jinfired. 

Delia tkellem dwar il-faqar, il-kriminaltà, "fejn hu l-Gvern tal-ħaddiema, fejn hu l-Gvern tal-Maltin? Fejn hu l-Gvern tagħna lkoll? Mijiet euf ta' Maltin bi transfers poltiċi ta' kuljum qed isiru għax iħaddnu politika differenti. Se nibdew naraw il-każijiet, wieħed, wieħed." 

attivisti Nazzjonalisti waqt il-mass meeting tal-Indipendenza  Ritratt James Bianchi
attivisti Nazzjonalisti waqt il-mass meeting tal-Indipendenza Ritratt James Bianchi
Chris Said u Anne Fenech| Ritratt James Bianchi
Chris Said u Anne Fenech| Ritratt James Bianchi

"Ejjew għand il-PN," ħeġġeġ lil dawk preżenti Delia, li qal illi lill-PN "ħa ssibuh tarka tagħkom biex ikun t-tarka."

Delia għamel tixbiha mal-passat u qal li llum il-Labour mhux ikisser il-Kurja u jattakka l-Arċisqof qiegħed, "imma jattakka l-valuri Maltin." Delia għal ħin twil tkellem dwar il-bżonn li nħarsu l-valuri morali. F'ħin minnhom huwa sfida lil Joseph Muscat biex jiddefendi l-valuri tal-Maltin.

Delia, qal li x-xitla ekonomika inżergħet mill-Partit Nazzjonalista u ingħatat l-ilma filwaqt li "l-Labour qata' ż-żigarella, tħanżer u tħanżer waħdu." 

Meta tkellem dwar l-Air Malta Delia qal li l-Gvern se jgħaddi romblu minn fuq il-ħaddiema, "wara li ta' garanziji li l-Air Malta ma tgħalaqx, issa qal li se jagħlaq il-kumpanija u jerġa jiftaħha b'ħaddiema ġodda. Dan Gvern li għandu għal qalbu l-interessi tal-ftit biss." 

Intant Delia ħabbar li l-elezzjonijiet interni tal-Viċi Kap se jintemmu sal-aħħar tas-sena, Fl-ewwel ta' Jannar tibda l-kampanja elettorali li twassalna għal elezzjoni li l-PN irid jirbaħ," sostna l-kap tal-PN għaċ-ċapċip tal-folla.

Adrian Delia u Chris Said jitgħannqu
Adrian Delia u Chris Said jitgħannqu

  

 

More in Politika