[Aġġornata] 'Trid tkun bla żejt f'wiċċek biex tipprova tħammeġ lil Simon Busuttil'

Chris Said joħroġ bil-qawwa kollha jiddefendi lil Simon Busuttil u jwiegħed li Konrad Mizzi, keith Schembri u Joseph Muscat mhux se jsibu kenn bih bħala kap

Chris Said
Chris Said

Fi stqarrija, b'reazzjoni għall-kwerela li iċ-Chief of Staff tal-PM keith Schembri fetaħ kontra Simon Busuttil, il-kandidat għat-tmexxija tal-PN Chris Said qal li, "Keith Schembri qed jipprova jagħti lil ħaddieħor dak li hu tiegħu. Trid tkun bla żejt f'wiċċek biex tipprova tħammeġ lil Simon Busuttil b'ġurament falz u qerq. Jew inkella jrid ikun jismek Keith Schembri"

Said sostna li ċ-Chief of Staff ta' Muscat minflok telaq wara li nqabad b'kumpanija sigrieta fil-Panama, għadu hemm u "issa qed jipprova jgħatti xturu billi, mingħalih, se jħammeġ lil Simon Busuttil. Bija bħala Kap tal-PN, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat mhux se jsibu kenn. Mhiniex se nkun kompliċi magħhom bis-skiet tiegħi. Se niġġieled il-korruzzjoni ta' Kastilja b'saħħti kollha"

"Jien m’għandi ebda problema nieqaf lil Schembri u sħabu," sostna Said fi stqarrija b'saħħitha f'difiża ta' Simon Busuttil. 

Intant waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal illi l-kwerela li fetaħ Keith Schembri kontrieh mhu xejn għajr attakk faxxist fuq id-demokrazija. 

(Nhar il-Ħadd jibdew serje ta' analiżi dwar l-elezzjoni għal Kap ġdid tal-PN fuq il-gazzetta ILLUM)

More in Politika