Levjatan

Wara t-3 ta’ Ġunju jekk trid xi forma ta’ bidla mill-qiegћ tista’ tmur tappella gћall-qalb tajba tal-gvern

Levjatan - mostru mitoloġiku
Levjatan - mostru mitoloġiku

Levjatan hu mostru mitoloġiku li kien hawn min jemmen jgћix fl-ibћra; serp tal-oċeani li kien ibeżża’ baћћara u nies oћra. Il-ћassieb Ingliż, Thomas Hobbes juża dan il-mostru bћala metafora ta’ kif, skont hu, kellu jkun il-gvern. Kellu jkun bћal dan il-mostru ta’ qawwa kbira. Diment li jћares ċ-ċittadini, il-gvern kellu jkollu s-setgћa jagћmel kollox. Hi stampa ta’ kif gћandu jkun gvern din li ma tantx kienet togћġob lil min kien jixtieq li s-setgћa tal-gvern tkun limitata; li tkun aktar sottomessa gћax-xewqat u r-rieda tan-nies. 

            F’Malta wara l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju, naћseb hawn sitwazzjoni li ma tantx hi sabieћa gћal min xtaq jew jixtieq tip ta’ politika li hi fundamentalment differenti minn dik li kienet/hi mћaddma. Il-Partit Laburista kiseb rebћa akbar minn dik ta’ erba’ snin ilu, li diġà kienet enormi. Ma gћandux setgћa jagћmel li jrid. Ibda biex hemm l-Unjoni Ewropea li tillimita dak li jista’ jagћmel. F’affarijiet oћra li ma jaqgћux taћt l-UE m’gћandux ċekk miftuħ…kważi.

            Illum ma jistax imur xi ћadd u jgћid lill-gvern li l-‘politika ekonomika leminija’ (kif iddeskriva l-politika ekonomika tal-gvern l-istess Joseph Muscat fil-gazzetta Taljana il Foglio) mhix tajba, li n-nies ma togћġobhomx il-politika mћaddma fil-qasam tal-bini li qed teqred il-kampanja u ġġib lil Malta verżjoni oћra ta’ Hong Kong, li l-poplu jrid bidla fil-politika tal-kirjiet tad-djar u l-bqija. Ċioè tista’ tgћid dan kollu, imma oltre li tgћidu hemm ftit wisq li tista` tagћmel.

Jekk jogћġbok

Fil-ktieb tal-Eżodu naqraw kif Mosè xtaq li jtejjeb il-qagћda tal-poplu tiegћu li kien ilu mjassar snin. Hu mar gћand min kien jiggverna lil dawn (il-Fargћun) diversi drabi; gћal bidu bil-kelma t-tajba, u wara beda juża saћћa u pressjoni. L-ewwel strateġija ma tat ebda frott. It-tieni strateġija wasslet gћall-Ħelsien.

Vera li l- oppożizzjoni kienet imnellћa. Biss nirrifjuta kategorikament, il-konklużjoni li mela wieћed hu ġustifikat jivvota l-gvern, anke jekk fundamentalment ma jaqbilx miegћu Michael Grech

Gћal min f’pajjiżna llum jixtieq bidla fundamentali f’xi qasam jew ieћor, l-ewwel triq biss hi possibli. Vera li l-vot mhux kollox…imma hu ћafna (li kieku mhux, il-politikanti ma jagћmlux daqshekk sforz biex jiksbuh). Wara t-3 ta’ Ġunju jekk trid xi forma ta’ bidla mill-qiegћ tista’ tmur tappella gћall-qalb tajba tal-gvern. Tista’ tittama fil-ћniena u l-qalb tajba tiegћu. Tista’ turih statistiċi ta’ kemm hekk u kemm mhux hekk. M’hemm xejn ћażin f’dan. Anke jekk Mosè ma rnexxielux b’din l-istrateġija m’hemmx xejn ћażin li wieћed jipprova. Nispera li hemm fil-gvern nies li qalbhom qiegћda fil-post it-tajjeb.

Jekk madankollu l-gvern irid jinjorak, jew inkella jrid jgћati biss loqma jew iћallik tilgћab u talludi ruћek, m’hemm ebda saћћa jew pressjoni li tista` tuża. Il-gvern gћandu kull setgћa u leġittimità jgћidlek ‘jien nirrapreżenta poplu li l-politika tiegћi daqha, gћoġbitu u jridha. Il-vot hu konferma ta’ dan u l-aqwa statistika. Int ma tirrappreżenta l-ћadd.’ U ma tista’ tgћidlu assolutament xejn li hu verament effettiv. Jew biex, inkun aktar preċiż, l-uniċi li jistgћu jgћidulu ‘jien nirrapreżenta tant u lit-talin’ (il-membri tagћhom, u l-dawn biss) huma l-unions. Dawn imma llum saru kelb ma jigdimx. Oћrajn li jistgћu jeżerċitaw xi pressjoni ekstra parlamentari fuq il-gvern huma l-kapitalisti li jistgћu jmissu ћaġa li hi l-mimmi t’gћajnejn il-gvern. Lil ћaddieћor il-gvern gћandu setgћa jarmih ’l hemm bi grejma. Lanqas hemm wisq tama fil-Partit tal-Oppożizzjoni jew f’bosta mill-medja independenti. Il-PN mhux biss gћadu mitluf wara t-tkaxkira, imma jidher li gћadu dominat minn interessi konservattivi. L-istess bosta mill-medja independenti. Tneћћi din il-gazzetta, xi oћra u xi stazzjon tat-televiżjoni ftit ser ikun hemm spazju gћal min jixtieq jipproponi bidla mill-qiegћ. L-oћrajn kulma jridu bidla fil-kok mhux fir-riċetta. (Każ tipiku, il-gazzetta independenti li l-aktar li timxi, it-Times, qabel l-elezzjoni lanqas biss irraportat il-Manifest ta’ bosta attivisti, akkademiċi u oћrajn li kien jitlob gћal politika li tmur ’l hinn minn dik li l-PL/PN jaqblu fuqha).  

L-unika ћaġa li tista’ tibdel ftit il-logћba hi jekk il-bużżieqa ekonomika tibda tinfaqa’ jew jekk il-kuntradizzjonijiet f’min appoġġa l-gvern (bosta li qegћdin fl-iskaluni ta’ fuq u oћrajn li jinsabu f’dawk l-aktar t’isfel) jibdew ifaqqgћu bil-kbir. 

Pajjiż Konservattiv

Li hu ironiku f’dan kollu hu li din hi qagћda li ћoloq il-poplu stess bil-vot tiegћu, l-istess kif Hobbes kien jaћseb li l-Levjatan iġib setgћetu billi ċ-ċittadini individwali jagħtuh is-setgћa tagћhom. Hi qagћda li ġabuha bosta li ma jinsabux tajjeb, u li daqu tbatija jew tnejn fl-erba’ snin li gћaddew (u ta’ qabel).  Hi qagћda li sostnewa bil-vot tagћhom wћud li ma jemmnux fi wћud mid-dommi fundamentali ta’ din l-amministrazzjoni (li fl-aћћar mill-aћћar ma tantx huma differenti minn dawk ta’ dik ta’ qabilha). Vera li dawn tal-aћћar mhumiex xi miljuni, u fl-aћћar mill-aћћar il-vot tagћhom ma kien ser jiddetermina xejn. Però hemm ukoll kwestjoni ta’ personali; jekk politika ma naqbilx magћha gћandu jkun altru milli raġuni valida gћalfejn nivvota xorta lil min iћaddimha. 

Anke meta jkunu f’dik il-kamra waћidhom, fejn suppost ma jarak ћadd u tista’ tћażżeż li trid, bosta jaġixxu bћallikieku f’konfessjonarju u jimxu wara merћla jew oћra Michael Grech

Mhux ser nidћol fil-każi patetiċi ta’ min ivvota kif ivvota gћax ‘hu/hi hekk minn dejjem’ jew gћax ћabib/a mat-tali kandidat/a. Lanqas mhu ser insemmi l-argument li ġabu wћud li vvutaw gћal dan il-gvern minћabba l-kwalità mnellћa tal-oppożizzjoni. Vera li l- oppożizzjoni kienet imnellћa. Biss nirrifjuta kategorikament, il-konklużjoni li mela wieћed hu ġustifikat jivvota l-gvern, anke jekk fundamentalment ma jaqbilx miegћu. Aktar u aktar meta tqis li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni kulћadd jaf x’kien ser ikun. Hemm affarijiet oћra li wieћed seta’ jagћmel. Seta’ jivvota lill-Alternattiva. (Kien hemm ћafna li meta gћidtilhom li mhux ser nivvota u gћalfejn, qalu li ser jivotaw AD; li jfisser li jew naf 90% tan-nies li vvutaw Alternattiva, jew inkella li hawn salt giddibin). Seta’ jћassar il-vot. Seta’ ma marx jivvota. (In-numru ta’ dawk li ‘beћsiebhom jagћmlu hekk’, ikun kbir bil-bosta bejn l-elezzjonijiet. Josfru kif titћabbar id-data tal-elezzjon). Bosta m’gћamlu xejn minn dan.

Imma Malta hu pajjiż hekk. Anke meta jkunu f’dik il-kamra waћidhom, fejn suppost ma jarak ћadd u tista’ tћażżeż li trid, bosta jaġixxu bћallikieku f’konfessjonarju u jimxu wara merћla jew oћra. Vera sirna pajjiż lajk u progressiv!

 

Michael Grech huwa opinjonista regolari fuq il-gazzetta ILLUM

More in Politika