Joseph Muscat u martu taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti

  • Il-Prim Ministru qal li jittama li x-xogħol mill-Qorti jsir fl-inqas żmien possibbli
  • DCG tgħid li l-inkjesta hija farsa għax il-Maġistrat ħatru Muscat wara l-elezzjoni li għaddiet 

 

ritratt: tvm.com.mt
ritratt: tvm.com.mt

Il-Prim Ministru u martu Michelle Muscat, dalgħodu taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti quddiem il-Maġistrat, fl-inkjesta maġisterjali, dwar l-allegazzjonijiet li saru minn Daphne Caruana Galizia u sussegwentement mill-Partit Nazzjonalista, li l-kumpanija Egrant hi fil-fatt ta' Michelle Muscat, jew li għandha ishma li tibbenefika minnhom.

F'kumment li ta quddiem il-Qorti, Joseph Muscat qal li, "Jiena u marti ġejna biex nagħtu x-xhieda tagħna biex innaddfu isimna mill-ħmieġ, gideb u kalunji li ntqalu fil-konfront tagħna."

Muscat kompla jgħid li quddiem il-Qorti, hu u martu taw l-informazzjoni kollha li ntalbet mingħandhom, "u nittamaw li dan ix-xogħol mill-Qorti isir fl-iqsar żmien possibbli ħalli isimna jiġi mnaddaf."

Intant Caruana Galizia sostniet li l-inkjesta hija farsa hekk kif il-Maġistrat Aaron Bugeja kien maħtur wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. Anke jekk hija qalet li ma tiddubitax l-imparzjalità tal-Maġistrat, sostniet li kien ikun aħjar kieku kien mqabbad Maġistrat ieħor.   

More in Politika