Ftehim kollettiv 'imminenti' għal 30,000 ħaddiem tal-Gvern

  • Fil-jiem li ġejjin mistenni jkun iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha tal-Gvern
  • Fosthom, għalliema u ħaddiema fl-isptar 

Ftehim Kollettiv għal 30,000 ħaddiem fil-jiem li ġejjin
Ftehim Kollettiv għal 30,000 ħaddiem fil-jiem li ġejjin

Dan is-sit jinsab infurmat li matul l-aħħar sigħat, intlaħaq qbil dwar ftehim kollettiv ġdid, li se jkopri 30,000 ħaddiem tal-Gvern, jiġifieri dawk li jaħdmu fis-servizz pubbliku. L-illum.com.mt tinsab infurmata wkoll illi l-ftehim mistenni jkun iffirmat fil-jiem li ġejjin.

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla u se jkopri, fost affarijiet oħrajn, żieda fil-pagi ta' ħaddiema fl-iskali kollha tal-Gvern u titjib fil-kundizzjonijiet.

Fost dawk li mistennija jibbenefikaw minn dan il-ftehim hemm 7,000 għalliema, LSAs, Kindergarten Assistants u Kapijiet ta’ skejjel kif ukoll tobba, infermiera, carers u professjonisti fl-Isptar Mater Dei. Ma’ dawn se jkunu koperti wkoll ħaddiema f’dipartimenti tal-Gvern u anke ħaddiema fil-Ministeri.

Dan is-sit jinsab infurmat illi ħafna mill-unions approvaw l-istess ftehim kollettiv fl-eżekuttiv tagħhom, hekk kif il-Gvern wera ċerta ħeġġa biex dan il-ftehim ikun iffirmat kemm jista' jkun malajr.

Dan il-ftehim ma jinkludix dawk settorjali li dwarhom għaddejjin diskussjonijiet ma' diversi unions jew dawk il-ħaddiema li jaħdmu f'entitajiet tal-Gvern. 

L-aħħar ftehim kien iffirmat fl-2012 minn Gvern Nazzjonalista b'nefqa ta' €190 miljun mifruxin fuq medda ta' sitt snin. 

 

 

 

 

More in Politika