L-FKNK twissi lill-MPE Olandiża Anja Hazenkamp...

Dan wara li illum.com.mt żvela, li l-MPE ġejja Malta titlob lil Muscat iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa

Il-MPE Anja Hazenkamp, Olandiża mill-grupp Nordiku tal-‘ħodor xellugin’ ġejja Malta titlob lil Muscat iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa
Il-MPE Anja Hazenkamp, Olandiża mill-grupp Nordiku tal-‘ħodor xellugin’ ġejja Malta titlob lil Muscat iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa

Wara l-aħbar li ħarġet fuq dan is-sit ilbieraħ, li l-MPE Anja Hazenkamp, Olandiża mill-grupp Nordiku tal-‘ħodor xellugin’ ġejja Malta titlob lil Muscat iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nasssaba Konservazzjonisti (FKNK) ħarġet stqarrija b'reazzjoni għal din l-aħbar il-federazzjoni sostniet li "xi ħadd imissu jwissu lill-Ewroparlamentari Olandiża, Anja Hazenkamp, li minbarra li qeda taħli flus mit-taxxi taċ-ċittadini Ewropej, din għandha tieqaf mill-farsa li beħsieba tagħmel bill-petizzjoni li beħsieba tipprezenta lill-Prim Ministru biex tipprova twaqqaf it-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-kaċċa fir-rebbiegħa."

L-FKNK qalet li Ms Hazenkamp għanda tkun infurmata, li fl-2006 l-Kummissjoni Ewropea resqet lill-Malta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) biex tabolixxi l-kaċċa fir-rebbiegħa minn Malta.  Fl-10 ta 'Settembru 2009, bħala riżultat ta' verdett relattiv tal-ECJ, Malta, li kienet megħjuna direttament mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) fid-difiża tagħha tal-kawża, afferma mill-ġdid id-dritt tagħha bħala Membru tal-UE, li tapplika deroga mid-Direttiva tal-"Għasafar" biex tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa.  Fit-12 ta 'April 2015, il-FKNK rebħet l-ewwel Referendum Abrogattiv nazzjonali li qatt sar f'Malta, li kien sar minn-numru konsiderevoli ta' entitajiet kontra l-kaċċa fl-attentat ieħor biex tkun abolita l-kaċċa fir-rebbiegħa.  Il-Kummissjoni UE għalqet il-proċeduri ta' 'infringements' relattivi li kellha kontra Malta, u li kienu pendenti mill-Kawża tal-ECJ, ftit wara r-riżultat tar-Referendum.

Il-FKNK ipprovat titlob laqgħa ma' Ms. Hazenkamp biex din tkun aħjar infurmata dwar il-materji rigward liema hi tesprimi nfisha, u b'hekk tkun ukoll aġġornata dwar fatti u ċirkustanzi lokali li hi ma tistax tkun kompletament familjari magħhom, b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni kif spjegat hawn fuq.  Madankollu, ż-żewġ talbiet bl' e-mail tal-FKNK baqgħu mingħajr tweġiba.

More in Politika