'Insibha stramba li l-Kumitat PANA qed imexxi l-aġenda ta' persuna motivata mill-mibgħeda'

Keith Schembri mhux se jidher quddiem il-Kumitat PANA - jgħid li hu mhux elett u jitfa' dubji fuq l-intenzjonijiet tal-istess kumitat - Il-PN jgħid li Muscat huwa dgħajjef...

Keith Schembri, Chief of Staff tal-Prim Ministru
Keith Schembri, Chief of Staff tal-Prim Ministru

'Insibha ferm stramba li l-Kumitat (PANA- li qiegħed Malta bħalissa) imexxi l-kawża ta' persuna li hija motivata biss mill-mibgħeda, tant li tixtieq illi tixtieqli mewta kmieni,' sostna iċ-Chief if Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri li f'ittra sostna li mhux se jkun qed jattendi għal mstoqsijiet mill-Kumitat għax dan "joħloq preċedent"  u għax hu mhux rappreżentant elett imma person of trust. 

F'ittra pjuttost iebsa Schembri sostna li suppost hija Daġhne Caruana Galizia li għandha tkun suġġetra għall-iskrutinju tal-istess kumitat "għal allgazzjonijiet dwar nuqqasijiet relatati mat-taxxa." Schembri sostniet li t-tip ta' diskors li tuża Caruana Galizia mhuwiex dak 'meħtieġ biex ikollna demokrazija b'saġħħitha. L-Ewropa illum qed issofri l-konsegwenzi tal-leġitimazzjoni ta' din it-tip ta' politika." Schembri jkompli jgħid illi l-istess mibgħeda qed tintuża mill-Kap tal-Oppożizzjoni li dejjem "jivvinta l-gideb".  

Intant Schembri fakkar kif is-Servizz Legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien ġab fid-dubju l-mandat tal-istess kumitat. Schembri semma l-mod kif l-istess Kumitat opera fir-Renju Unit il-ġimgħa l-oħra u qal illi opera b'mod differenti. "Din l-attitudni tidher li ġejja minn rapunijiet estraneji mill-inkjesta innifisha u allura inħoss li l-preżenza tiegħi toħloq preċedent perikoluż."

Intant il-PN sostna li Joseph Muscat "qed jgħid li kulħadd għandu jwieġeb għal għemilu, imma Keith Schembri qed jibża’ jmur quddiem il-Kumitat tal-Parlament Ewropew biex iwieġeb għal għemilu. Id-deċiżjoni ta’ Keith Schembri tikkonferma," kompla jgħid il-PN, "kemm Joseph Muscat huwa dgħajjef quddiem Keith Schembri, u li Schembri jagħmel li jrid b’Muscat."

 

 

 

More in Politika