May se titlob kontrolli fuq kemm jistgħu jidħlu immigranti fir-Renju Unit

Il-Prim Ministru Ingliż tgħid illi r-Renju Unit dejjem se jibqa' jkollu bżonn l-immigranti 'imma f'numri kkontrollati'  

Il-PM May mal-PM Malti (arkivji)
Il-PM May mal-PM Malti (arkivji)

Meta kienet qed titkellem, f’wieħed mill-aktar diskorsi importanti u mistennijin tagħha, l-Prim Ministru Ingliż Theresa May sostniet illi pajjiżha jrid li jkollu kontroll fuq in-numru ta’ immigranti li jistgħu jidħlu fir-Renju Unit.

F’diskors illi fih qed tagħti indikazzjoni ċara x’se jkun qiegħed jitlob ir-Renju Unit bħala parti minn negozjati relatati mal-Brexit May għamlitha ċara illi ‘għandna bżonn li jkollna kontroll fuq in-numru ta’ immigranti li jistgħu jiġu pajjiżna. Aħna m’aħniex kontra l-immigrazzjoni,’ sostniet May waqt li fakkret illi r-Renju Unit huwa fost l-aktar pajjiżi multikulturali u multi-etniku fl-Ewropa. ‘Aħna rridu nattiraw lejn pajjiżna l-aqwa talent, nattiraw nies li jridu jiġu pajjiżna biex jistudjaw u li jistgħu jagħtu kontribut.’

Aħna pajjiż tolleranti u dejjem se jkollna bżonnn l-immigrazzjoni, imma l-messaġġ tal-maġġoranza tal-poplu werà li n-nies jridu li din tkun ikkontrollata. PM Theresa May

‘Imma,’ kompliet tgħid May, ‘meta n-numru jkun kbir wisq in-nies jibdew jitilfu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet, l-infrastruttura u l-iskejjel tagħna jibdew jiġġebdu fir-riżorsa. Aħna pajjiż tolleranti u dejjem se jkollna bżonnn l-immigrazzjoni, imma l-messaġġ tal-maġġoranza tal-poplu werà li n-nies jridu li din tkun ikkontrollata.’

L-immigrazzjoni kienet waħda mill-kwistjonijiet li l-aktar illi tqajmu fil-ġirja għall-vot li se jkun qed iwassal għall-Brexit is-sena l-oħra, għalhekk kien mistenni li May titkellem f’ċerta tul dwar dan is-suġġett. Ta’ min ifakkar illi l-moviment ħieles tan-nies, flimkien mal-moviment ħieles tas-servizzi u oġġetti hija fost l-aktar prinċipju importanti tal-Unjoni Ewropea.

May għamlitha ċara fid-diskors tagħha illi hi se titlob illi r-Renju Unit jitlaq minn taħt il-kappa tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri li l-liġijiet jibdew isiru fil-pajjiż u li  ma jkun ebda forza supra-nazzjonali lilhinn min dik tar-Renju Unit. May qalet ukoll illi pajjiżha se jkun qed jipproponi illi jwaqqaf fondi li jagħti lill-Unjoni Ewropea, bħala pajjiż kontributur. 

May ħabbret ukoll illi r-Renju Unit se jkun qed jitlaq mis-suq komuni u għalhekk mistenni li l-pajjiż ifittex ftehim speċjali jew partikolari 

 

More in Politika