Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Aġġornata bil-filmat | Illum tidħol f'Delimara l-ewwel konsenja tal-gass

Il-Ministru Konrad Mizzi jgħid li din hi biss l-ewwel parti, bil-pjan li jinbena pipeline bejn Sqallija u Malta...jgħid li l-awditjar tat-taxxa dwar il-kont fil-Panama se jkun ippublikat 'dalwaqt ħafna' 

Veronica Lynn Mizzi / 11 ta' Jannar 2017 09:51
Il-Minsitru Konrad Mizzi mal-Kummissarju Ewropew mal-wasla tal-ewwel kunsinja gass li se tħaddem il-Power Station
Illum mistennija tidħol l-ewwel konsenja tal-gass f'Delimara. Dan ħabbru l-Ministru Konrad Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Dellimara stess, fil-preżenza tal-viċi president tal-Kummissarjoni Ewropea, Maroš Šefčovič, fejn qal li fis-sigħat li ġejjin, mistenniji jidħol f'Dellimara l-bastiment bil-gass.

Mizzi qal kif, "fl-2013 kellna viżjoni li nbiddlu s-settur tal-enerġija biex jirnexxilna nilħqu tliet miri prinċipali: li nnaqqsu l-prezz tat-tariffi tal-enerġija biex ikunu daqs jew aħjar minn pajjiżi oħra fl-UE, li jkollna, nassiguraw li jkollna provvista sostenibbli u li nnaqqsu l-emmisjonijiet. Illum il-ġurnata," kompla jgħid il-Ministru Mizzi, "wara li tlaqna minn sitwazzjoni fejn konna totalment dipendenti fuq il-Heavy Fuel Oil, issa se nkunu qed naħdmu bil-gass, u l-HFO jkun biss parti mill-passat."

Mizzi kompla jgħid kif matul dawn is-snin, il-kumpanija Enemalta reġgħet ġiet lura fuq saqajha, b'ristrutturar u investiment barrani ta' €350 miljun. 

Konrad Mizzi kompla biex jgħid li dan se jkun qed iwassal għal tnaqqis tal-emmissjonijiet bin-nofs, fost l-oħrajn. Dan waqt li semma kif fis-sigħat li ġejjin, Malta mistennija tingħata d-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea li tapprova l-impjant tal-gass u l-proċeduri użati.

Mizzi kompla jgħid li fiż-żmen li ġej, se tkun qed tingħalaq għal dejjem il-powerstation tal-Marsa, waqt li tingħalaq Delimara 1, u dan wara li l-kuntratt sabiex tiżżarma ċ-ċumnija, diġà ngħata.

Mizzi qal li dan huwa biss il-idu, hekk kif bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea, Malta se tkun qed tingħaqad ma' Gela fi Sqallija sabiex jinbena' pipeline tal-gass u ma jkunx hemm bżonn tal-floating unit tal-gass.

Konrad Mizzi mal-Kummissarju Ewropew Maroš Šefčovič
Intant Mizzi, mistoqsi dwar meta se jkun konkluż l-awditjar dwar il-kont tiegħu tal-Panama qal biss li dan se jiġri 'dalwaqt ħafna'. L-awditjar qed isir minn kumpanija barranija u mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u s'issa diġa ilu għaddej tmien xhur. 

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook