L-ekonomija Maltija b'ċertifikat ieħor pożittiv

Creditreform Rating AG għadha kemm ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil pajjiżna, l-ewwel darba li l-aġenzija Ġermaniża għażlet li tagħti rating lill-ekonomija ta’ Malta.

L-aġenzija internazzjonali Creditreform Rating AG għadha kemm ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil pajjiżna. Din hija l-ewwel darba li l-aġenzija Ġermaniża għażlet li tagħti rating lill-ekonomija ta’ Malta.

Fost il-fatturi li semmew l-esperti ta’ Creditreform għal dan ir-rating pożittiv jispikka t-tkabbir qawwi fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna, it-titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi, qafas istituzzjonali b’saħħtu, kif ukoll l-andament pożittiv fil-bilanċ ta’ pagamenti ta’ pajjiżna. Ir-rapport tal-Creditreform Rating AG jinnota li Malta’s potential growth is among the highest of all euro area members. Dan filwaqt li jirrimarka li pajjiżna għandu dynamic growth on the back of a buoyant labour market li huwa supportive to income convergence towards the EU-28 average.

L-esperti Ġermaniżi jsostnu li pajjiżna għandu high level of credit worthiness, minħabba strong macroeconomic performance and strong fiscal sustainability. Filwaqt li nnutaw li matul l-2015 pajjiżna ra t-tkabbir ekonomiku jirdoppja u jkun it-tieni l-ogħla fiż-żona ewro, Creditreform Rating AG qed jistennew li fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f’Malta jkompli jkun fost l-aqwa fl-Ewropa, l-aktar minħabba żieda fl-impjiegi u fil-pagi kif ukoll investiment sostanzjali.

L-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali jbassru li pajjiżna dalwaqt ser ikollu piż tad-dejn nazzjonali taħt is-60% filwaqt li d-defiċit ser ikompli jonqos. Ir-rapport ta’ Creditreform ifaħħar ir-riformi fil-pensjonijiet u jgħid li huma essenzjali għas-sostenibbiltà fiskali. L-aġenzija tfaħħar ukoll miżuri bħat-twaqqif tal-Bank ta’ Żvilupp.

Ir-rapport isostni li Malta exhibits a generally strong institutional framework, kif ukoll li as regards the quality of regulation and the perceived level of corruption, the country is in line with its euro area peers. Dan huwa konferma oħra ta’ kemm l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni f’dan il-qasam mhumiex jiġu emmnuti minn esperti internazzjonali.

 

Dan huwa ċertifikat ieħor ta’ fiduċja li jikkonferma kif il-ġid f’pajjiżna mistenni jkompli jikber u jasal għand kulħadd.

 

 

More in Politika