Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Ruma tirtira mit-tellieqa biex tospita l-Olimpjadi tal-2024

Is-sindku ta’ Ruma tgħid li tkun ħaġa irresponsabbli ħafna li Ruma tkun kandidata biex tospita l-Olimpjadi tal-2024

Ruben Anthony Xuereb / 21 ta' Settembru 2016 18:30
Is-Sindku ta' Ruma, Virginia Raggi tgħid LE għall-Olimpjadi f'Ruma fl-2024
Is-sindku ta’ Ruma, Virginia Raggi, tal-partit tal-‘ħames stilel’, li ġiet eletta fil-kariga tagħha f’Ġunju li għadda, temmen li Ruma ma tinsabx f’pożizzjoni li tkun kandidata sabiex l-Olipjadi tal-2024 isiru fiha.

Infatti, għall-istess raġunijiet finanzjarji, Ruma irtirat mit-talbiet għall-Olimpjadi tal-2020 ukoll.

Boston u Hamburg irtitaw mit-tellieqa wkoll, u issa fadal biss Pariġi, Los Angeles u Budapest jikkontestaw l-organizzazzjoni tal-logħob fl-2024

Raggi saħqet li Ruma, l-Italja u l-poplu Taljan ma jistgħux jerfgħu l-ispejjeż u d-djun li ġġib magħha l-organizzazzjoni ta’ logħob Olimpiċi. Hija qalet li m’għandha assolutament xejn kontra l-Olimpjadi per se jew kontra avvenimenti sportivi oħra, iżda l-ewwel interess tagħha għandu jmur lejn l-interess  tal-Belt u ċ-ċittadini li hija sservi.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook