62,200 ma setgħux iħallsu self jew kirjiet fl-2014

Bryan Magro, social worker, jħeġġeġ għal reviżjoni fil-mekkanizmu tal-COLA biex dan jirrifletti aħjar il-bidliet fil-prezz tal-proprjeta'

In-nies li ma jifilħux iħallsu l-kera qed jiżdied...imma qed jiżdied il-qliegħ mill-kiri wkoll
In-nies li ma jifilħux iħallsu l-kera qed jiżdied...imma qed jiżdied il-qliegħ mill-kiri wkoll

Fl-2014 kien hemm b'kollox 62,200 persuna, jew 15% tal-poplazzjoni Maltija kellhom problema jew saħansitra arretrati fuq kirjiet jew self fuq il-proprjeta' li fiha kienu qed jgħixu.  Bryan Magro, social worker u eks ko-ordinatur tal-politiki fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali, fakkar f'din l-istatitistika maħruġa mill-Istatistics on Income and Living Conditions (SILC) meta kien qed jitkellem f'laqgħa organizzata mill-Alleanza kontra l-Faqar li ddiskutiet il-faqar u l-akkomodazzjoni soċjali.

Matul din il-laqgħa, organizzata fil-Kavallier ta' San Ġakbu, l-istess Magro ppropona illi l-makkinarju li jikkalkula ż-żieda fl-għoli tal-ħajja (COLA) ikun mibdul biex jirrifletti aħjar ir-realtajiet fis-suq tal-kirjiet kummerċjali, li esperjenza żidiet qawwijin fl-aħħar snin. Dan minħabba illi fir-realta' n-nefqa ta' persuna jew familja fuq il-proprjeta' li tgħix fiha illum żdied ħafna aktar minn meta kienet ikkalkulata l-COLA.

Magro qal illi l-istatistika turi kif Id-dħul mill-kirjiet f'pajjiżna żdied minn €28.4 fl-2013 għal €36.8 fl-2014. Huwa ddeskriva din iż-żieda f'temp ta' sena biss, mqabbla ma' ċifra ogħla ta' nies li ma jistgħux ilaħħqu mal-kirjiet u s-self bħala evidenza tal-inekwilibriju soċjali li nħoloq fil-pajjiż f'dawn l-aħħar snin. 

 

More in Politika