[Filmat] Chris Cardona jwiegħed rimedju lil dawk li batew minn inġustizzji

....jgħid li hu nadif u m'għandux baggage politiku u li mhux se jibża mill-attakki li jistgħu jsiru fuqu

F'intervista ppublikata fil-gazzetta ILLUM il-Ministru Chris Cardona, kandidat għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, jwiegħed li se jkun qed jidħol fil-każi ta' inġustizzji fejn nies, l-aktar attivisti Laburisti, ma ngħatawx rimedju għax il-każ tagħhom ġie preskritt.

“Nipprova nsib rimedju ġust li ma joħloqx aktar diskriminazzjoni. Wara kollox aħna, kif naraw u nassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni ma’ persuna Nazzjonalista minħabba t-twemmin politiku tagħha, rridu naraw ukoll li Laburist li nqabeż għas-sempliċiment raġuni li huwa laburist jingħata rimedju wkoll."

 Mal-ILLUM Cardona qal li hu m'għandux baggage u li mhux se jibża mill-attakki li jistgħi jsiru fuqu

Chris Cardona intervistat minn l-ILLUM

More in Politika