Lawrence Gonzi fost id-diretturi ta' bank taħt sorveljanza mill-Ewropa

Inċertezza fost min iddepożita l-flus

L-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa wieħed mid-diretturi tal-bank online Nemea li l-fergħa Maltija topera minn Portomaso f'San Ġiljan, liema bank jinsab taħt sorveljanza mill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB). L-ECB irrakkomandat sabiex dan il-bank ikun taħt sorveljanza, anke jekk sorsi tal-gazzetta MaltaToday, li ppubblikat din l-istorja, qalu li l-kwistjoni ma kinitx relatata ma insolvenza, għaliex il-bank kien 'b'saħħtu'.

Fost id-diretturi tal-bank, wieħed isib lill-eks-Prim Ministru Lawrenec Gonzi u l-finanzjatur Joseph F.X. Zahra. Il-bank Nemea twaqqaf fl-2008 u jispeżjalizza f'investimenti u servizzi finanzjarji għal persuni fl-Ewropa bi qligħ għoli.

Min-naħa tagħha, l-MFSA, li hija r-regolatur finanzjarju lokali, ħatret lill-PricewaterhouseCoopers Malta bħala persuna kompetenti sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-depożituri fil-bank u klijenti oħra. B'hekk, PwC għandha tkun responsabbli mill-assi tal-bank, waqt li twaqqaf id-depożiti u tillimita l-ħruġ għal €500. Sorsi li tkellmu mas-sit illum.com.mt sostnew li teżisti inċertezza fost dawk il-persuni li ddepożitaw flushom u għamlu investimenti ma' dan il-bank. 

More in Politika