Sentiment pożittiv fil-kostruzzjoni għall-ewwel darba fi tmien snin

L-investiment mistenni jikber b'5% matul din is-sena

Is-sentiment fl-industrija tal-kostruzzjoni kien pożittiv għall-ewwel darba fi tmien snin. Dan ħareġ minn stħarriġ mill-Bank Ċentrali ta' Malta. Dan il-qasam, kien inkluż għall-ewwel darba fl-istħarriġ. Is-sena li għaddiet ukoll wriet żieda minn -21 għal -11, li iżda huwa xorta waħda taħt iż-żero. Dan is-sentiment pożittiv wasal għal diversi fatturi, fosthom jissemmew it-tneħħija tal-boll għall-first time buyers.

Fl-istess rapport tal-Bank Ċentrali, mill-previżjonijiet għas-snin li ġejjin jidher li matul din is-sena, l-investiment se jkun qed jiżdied b'5%, u b'4.3% fis-sena ta' wara.

Irriżulta wkoll li kien hemm żieda fl-impjiegi fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet, b'2%, waqt li l-qgħad kompla jonqos, biex jilħaq livelli baxxi rekord. Mistennija li għal din is-sena, Malta jerġa' jkollha l-ogħla rata ta' tkabbir fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi tal-UE, bi tkabbir li jlaħħaq l-4%.

More in Politika