'Il-PBS hu mmanipulat minn Kastilja' - PN

Il-PN jgħid li l-PBS 'qed jagħmel bħas-Super One'

Il-PN, fi stqarrija qal li l-istazzjon nazzjonali qed jagħmel bħall-istazzjon tal-Partit Laburista meta ma xandarx dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-kumpanija sigrieta ta' Konrad Mizzi. Għalhekk, il-PN qed isostni li l-'PBS huwa mmanipulat minn Kastilja', u dak li ġara lbieraħ kien konferma ta' dan.

L-aħbarijiet fl-aħħar jumejn kienu ddominati mill-kumpanija sigrieta ta’ Konrad Mizzi fil-Panama kif ukoll il-fond sigriet tal-istess Mizzi fi New Zealand. Madanakollu, il-PN qal li, "għall-PBS dak li qal il-Prim Ministru ta’ Malta dwar dan l-iskandlu mhux importanti, jew aħjar mhux ta’ valur ta’ aħbar."

L-istqarrija temmet tgħid li, "L-aġenda tal-istazzjon nazzjonali hija mmexxija direttament minn Kastilja, bid-deċiżjonijiet mhux jittieħdu minn Gwardamanġa, iżda direttament minn ġewwa Kastilja."

More in Politika