Il-PN se jaqbel mal-kriminalizazzjoni tat-terapija tal-konverżjoni

Se jkun qed jaqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern, u kontra dik maħruġa fil-position paper tal-Knisja

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista iltaqa' sabiex jiddiskuti l-pożizzjoni tal-partit dwar l-abbozz ta' liġi li jikkriminalizza t-terapija ta’ konverżjoni għal persuni LGBTI. 

Matul il-laqgħa, ġie deċiż li l-Oppożizzjoni għandha tappoġġja l-abbozz tal-liġi meta jitressaq fil-Parlament, ladarba jsir dan, għaliex il-PN sostna li dan l-abbozz għadu lanqas biss resaq għad-diskussjoni fil-Grupp Parlamentari Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista ddiskuta l-kwistjoni anke fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, fejn ukoll ittieħdet pożizzjoni li l-Partit huwa kontra l-prattika tal-conversion therapy

 

More in Politika