Il-PN se jiltaqa' biex jiddiskuti l-position paper tal-Knisja

Simon Busuttil u l-PN għadhom ma ħarġux bil-pożizzjoni tagħhom

Il-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista mistenni jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-'postition paper' li ħarġet nhar is-Sibt li għadda l-Knisja. Il-position paper, li titratta t-terapija ta' konverżjoni għall-orjentazzjoni sesswali, ġiet ikkundannata minn diversi persuni fosthom mill-Prim Ministru fejn qal li m'għandniex immorru lura għal żminijiet passati.

Min-naħa tiegħu, Simon Busuttil, flimkien mal-Partit Nazzjonalista għadhom ma ħarġux b'pożizzjoni dwar din l-istess paper, u mistenni jagħmel dan fiż-żmien li ġej wara li jitlaqqa' l-grupp parlamentari.

Din il-position paper, f'ċertu stanzi titkellem dwar l-omosesswalità bħala 'kundizzjoni', u dwar il-konverżjoni bħala 'trattament għall-orjentazzjoni sesswali', tali 'terapiji' wasslu għal problemi psikoloġiċi fost dawk li ġew sottomessi għalihom, kif ukoll każ ta' suwiċidju fl-Istati Uniti.

More in Politika