Marlene Mizzi tiggwida intraprendituri żgħażagħ fi Strasburgu

L-Ewropa għandha potenzjal biex issir Startup Paradise

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi pparteċipat fl-Startup Europe Week ġewwa Strasburgu, inizjattiva globali maħluqa biex tiġi ċċelebrata l-intraprenditorija fl-Ewropa billi tinkludi r-reġjuni Ewropej kollha fi programm li jiffoka fuq startups. Din l-inizjattiva, fuq stedina mill-Belt ta' Strasburgu, kienet waħda minn sensiela ta' attivitajiet li  ġew miżmuma fl-Ewropa li ffukaw fuq ir-rwol ta' start-ups lokali: a win-win strategy għall-impjiegi fl-Ewropa.

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi kellha rwol ewlieni fl-Istartup Week fejn Mizzi kellha r-rwol li tiggwida grupp ta' start-ups lokali li jaħdmu fl-inħawi ta' Strasburgu kif ukoll taqsam magħhom l-esperjenza personali tagħha bħala intraprenditur u fir-rigward tal-kompetenza professjonali tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew u aktar min hekk Membru fil-Kumitat tas-Suq Intern.

Marlene Mizzi qalet: "Fejn jidħlu strateġiji nnovattivi fir-rigward ta' start-ups, dejjem hemm it-tendenza li nsegwu l-eżempju tas-Silicon Valley, iżda fl-opinjoni tiegħi l-Ewropa hija differenti u hemm bżonn pass oltre kull meta niġu biex jinbeda negozju fl-Ewropa. L-Ewropa għandha potenzjal biex issir Startup Paradise. L-Ewropa u r-reġjuni Ewropej, bid-diversità reġjonali u kulturali tagħhom u l-politika lokali, għandhom rwol vitali fit-tiswir ta' European startups,  partikolarment li jgħinu intraprendituri biex jinkorporaw kumpanija, li tipprovdi appoġġ finanzjarju u l-aċċess għall-ħiliet u taħriġ."

Matul is-sessjoni ta' mentoring immexxija mill-Mizzi, Marlene Mizzi tkellmet dwar l-importanza li ż-żgħażagħ jkunu mħeġġa biex jidħlu fl-intraprenditorija u jgawdu mill-vantaġġi ta' indipendenza finanzjarja, filwaqt li enfasizzat id-diversi diffikultajiet li intraprendituri żgħażagħ jiffaċċjaw biex jibdew in-negozji tagħhom stess. Is-sejbien ta’ finanzjament affordabbli, burokrazija u diversi ostakli tekniċi, legali u fiżiċi fis-Suq Intern kienu wħud mill-ostakli msemmija. Starting up mhix faċli, iżda Mizzi ħeġġet lill-grupp ta'  start-ups lokali sabiex ma jissottovalutawx il-potenzjal tagħhom u biex ma jaqtgħu qalbhom qatt.

Marlene Mizzi kkonkludiet: "Din kienet diskussjoni interessanti ħafna b’parteċipazzjoni tajba  li għenet sabiex nifhmu aħjar il-problemi li start-ups lokali jsibu quddiemhom meta dawn jagħmlu l-kuraġġ u jaħdmu sabiex jiftħu n-negozju tagħhom stess. Huwa ferm importanti li ninkludu r-reġjuni Ewropej f'dan id-djalogu. U dan huwa eżattament dak li qed nippruvaw nibnu fl-Istartup Europe Week - li  nibnu network fil-kumpaniji u s-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet Ewropej ". Bħala parlamentari huwa fid-dmir tagħna li  ninkoraġġixxu start-ups żgħar u nagħrfu li huma wieħed mill-fatturi li jinfluwenzaw xogħol sostenibbli u tkabbir ekonomiku billi nattwaw leġislazzjoni li tkun business-friendly u soċjalment ġusta.”

More in Politika