Spinta lill-ekonomija blu fil-Mediterran - Brincat

Jinħtieġ pjani konkreti ta’ azzjoni għall-ħarsien tal-ambjent fil-Mediterran

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat saħaq li l-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima għandhom jagħtu spinta lill-ekonomija blu fil-Mediterran fuq livell reġjonali. Brincat qal dan meta indirizza l-COP 19 tal-UNEP tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ateni dwar il-Ħarsien tal-Ambjent Marittimu, fl-40 Anniversarju mill-Konvenzjoni ta’ Barċelona.

Huwa appella wkoll biex jkun hemm pjani konkreti ta’ azzjoni għall-ħarsien tal-ambjent fil-Mediterran u l-iżvilupp sostenibbli  lil hinn mir-retorika u li jkun verament jirrifletti l-Aġenda 2030 tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti kif kien approvat fil-ħarifa li għaddiet fi New York.

Il-Ministru Brincat qal li dawn l-isforzi għandhom jikkumplimentaw kampanji pubbliċi għall-kuxjenza aktar qawwija dwar dawn l-oqsma, filwaqt li jippromwovu t-tixrid ta’ inizjattivi edukattivi favur l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miri ta’ żvilupp sostenibbli fil-baħar tal-Mediterran. 

 

More in Politika