Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ kompla jonqos madwar l-Ewropa

Ir-rata ta’ qgħad f’Malta f’Novembru li għadda kienet ta’ 5.1%, li jagħmilha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-UE.

Dan ħareġ minn statistiċi ppubblikati mill Eurostat li juru li l-inqas rate fl-Ewropa ġiet reġistrata fil-Ġermanja b’4.5%, u warajha, r-Repubblika Ċeka b’4.6%.

L-ogħla rata deheret fil-Greċja b’24.6% u Spanja b’21.4%. Meta mqabbel mas-sena l-oħra, il-qgħad naqas f’25 mill-istat membru.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas fl-UE meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel b’412,000 żagħżugħ. L-inqas qgħad fost iż-żgħażagħ kien fil-Ġermanja b’7% u l-ogħla fil-Greċja b’49.5%.

More in Politika