Proġett pilota ta’ Dementia Friendly Village f’San Lawrenz

'San Lawrenz għandu jservi ta' mudell għal lokalitajiet oħra minħabba ċ-ċokon tagħha'

Waqt żjara fir-raħal ta’ San Lawrenz, flimkien mas-Sindku s-Sur Noel Formosa u l-kunsilliera, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana,ħabbret proġett pilota ġdid ta’ Dementia Friendly Village f’San Lawrenz.

Justyne Caruana qalet li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ser ikun qiegħed jiffinanzja dan il-proġett sabiex il-kunsill jagħmel xogħol biex San Lawrenz ikun dementia friendly, u għalhekk inkunu qiegħdin għall-ewwel darba noħolqu l-kunċett ta’ Dementia Friendly Communities. Hija ddeskriviet il-lokalità ta’ San Lawrenz bħala waħda ideali biex ittella’ dan il-kunċett u jkun ta’ mudell għall-lokalitajiet oħra minħabba ċ-ċokon tagħha, u minħabba l-fatt tal-popolazzjoni anzjana li għandha. Hija tkellmet ukoll fuq l-importanza tal-integrazzjoni tal-anzjani fis-soċjetà, u hu propju għalhekk li dan il-kunċett ta’ Dementia Friendly Societies ser ikun qiegħed jgħin biex aktar anzjani, anki dawk bid-dimensja, ikunu jistgħu jibqgħu attivi f’soċjetajiet li jkunu wkoll addattati għalihom. 

Permezz ta’ dan il-proġett, is-Segretarju Parlamentari semmiet li mhux ser ikunu qiegħdin jibbenefikaw l-anzjani bid-dimensja biss, imma wkoll qrabathom u s-soċjetà sħiħa, inkluż it-tfal, danminħabba l-fatt li ser ikun anki inkluż proġett ta’ manutenzjoni f’San Lawrenz, inkluż il-playing fieldbiex din ukoll issir aktar aċċessibbli għal tfal u persuni, kemm dawk b’diżabilità u dawk bi problemi ta’ mobilità. Hija tkellmet ukoll fil-kuntest tal-interġenerazzjonijiet fejn persuni t’etajiet differenti,inkluż anzjani u tfal, jipparteċipaw f’attivitajiet differenti flimkien.

Hija spjegat li biex dan isir, is-Segretarjat li tmexxi hi ffirma kuntratt mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, u għalhekk irringrazzjat lis-Sindku, is-Sur Noel Formosa, talli mas-Segretarjat tagħha ħa din l-inizjattiva u emmen f’dan il-proġett. 

More in Politika